Alan gave me the ring on his birthday, December 23. Christmas 2014 is definitely one I will never
forget.
There was no ‘on-bended-knee’ proposal and I never felt like I was waiting
for him to do anything. Everything happened over a period of time. Since our
first days together when we started dating, we had always talked openly about
marriage, children and our future in general. So it was never a question of
whether we’d get married but just a matter of when.
Although we even designed
the ring together, in the end there was still an element of surprise. I knew it was coming, I just didn’t know when!
It was something totally expected and unexpected at the same time. One thing I
know for sure is that I was very excited for the day we would make our engagement official.
We depend on each other’s opinions so much and eventually we came to
the decision to get married, together. We both agree that a big decision such
as marriage shouldn’t come to you as a surprise anyway. Rather than telling
people the traditional “Alan proposed to me” story, I love telling them “Alan
and I decided to get married”.
// Jien u Alan tgħarrasna!! Wara li qsamna din l-aħbar sabiħa mal-familja u ħbieb, kont vera ħerqana biex finalment naqsam din l-aħbar kbira magħkom fuq il-blog! L-eċitament ghadu ma naqas xejn!
Alan tani ċ-ċurkett fil-ġurnata t’għeluq sninu , it-23 ta’ Diċembru. Il-Milied tal-2014 żgur m’hu ser ninsieh qatt!
Ma proponilix fuq irkoppa waħda u jien minn naħa tiegħi qatt ma ħassejtni qisni qed nistenna lilu jagħmel xi ħaġa. Kollox ġara fuq perjodu ta' żmien. Sa mill-bidu nett li bdejna noħorġu flimkien konna nitkellmu dwar żwieġ, tfal u l-futur tagħna in-ġenerali. Allura qatt ma kienet kwestjoni ta’ jekk niżżewġux iżda biss kwestjoni ta’ meta.
Għalkemm anke ddisinjajna ċ-ċurkett flimkien xorta waħda fl-aħħar kien hemm element ta' sorpriża. Kont naf bih, biss ma kontx naf meta se jasal! Kienet ħaga totalment mistennija u mhix mistennija fl-istess ħin. Li naf żgur hu li kont ħerqana ħafna li ngħamlu l-għerusija uffiċjali.
Aħna koppja li niddependu ħafna fuq l-opinjonijiet ta’ xulxin u eventwalment wasalna għal din id-deċiżjoni li niżżewġu, flimkien. Apparti li t-tnejn tal-fehema li deċiżjoni hekk kbira ma għandhiex tkun sorpriża. U aktar milli ngħid lin-nies bil-mod tradizzjonali li “Alan proponieli” nieħu gost ngħidilhom li “Alan u jien iddeċidejna li niżżewġu”.
Just after we blessed the ring on Christmas Eve // Eżatt wara li berikna iċ-ċurkett lejlet il-Milied |
The ring:
Ever since I was a little
girl, I knew exactly what I wanted for an engagement ring! So Alan and I went to Diamonds International
to discuss and work on designing it.
After a couple of meetings my dream ring was created.
It’s inspired by Diana’s,
Princess of Wales, engagement ring (which now belongs to Kate Middleton).
I’ve always admired Diana - both for her beauty
and for her personality and heart of gold. I remember I had a book about her
(at that time we didn’t use internet!) which I used to browse through often to
see the various photos, amongst which there was one which fascinated me the
most – the photo of her engagement ring. Not her wedding dress, neither her Prince, nor the fairy tale wedding...but her sapphire blue ring. Being the
little girl that I was, I used to spend a lot of time just looking at it in awe.
And then, when Kate Middleton (which is one of the personalities I admire most
at present) got engaged to Prince William, the ring was out in public
again.
So it goes without saying that my
wish, since being a little child, was to one day have a similar engagement ring. The center stone is a deep blue oval sapphire surrounded by brilliant cut diamonds
and set in white gold. It’s not the
typical diamond solitaire engagement ring and that’s what we mostly love about
it. It’s different and unique – which represents both our characters perfectly.
A huge thank you to Diamonds International for the help (and patience!) in creating this beautiful ring and
also an even bigger thank you to Alan, my now fiancé (not a boyfriend anymore!)
who made my dream a reality – “I can’t wait to be your wife!”
Sa minn mindu kont tifla żgħira, kont naf eżattament kif xtaqt
li jkun iċ-ċurkett tal-għerusija! Allura Alan u jien morna għand Diamonds International biex niddiskutu u naħdmu flimkien fuq id-disinn. Wara ftit
laqgħat iċ-ċurkett tal-ħolm kien maħluq.
Hu ispirat miċ-ċurkett tal-għerusija ta’ Diana, il-Prinċipessa
ta’ Wales, (issa ta’ Kate Middleton). Lil Diana
minn dejjem kont nammiraha - kemm għas-sbuħija tagħha kif ukoll
għall-personalita' u l-qalb tad-deheb li kellha. Niftakar kelli ktieb dwarha (dak iż-żmien ma
kellniex internet!) li kont inqalleb fih ta' sikwit biex nara d-diversi
ritratti, fosthom l-iktar wieħed li kien jaffaxxinani - ir-ritratt taċ-ċurkett
tal-għerusija tagħha. Mhux il-libsa tat-tieġ, lanqas l-għerusija ma' Prinċep,
jew it-tieġ tal-ħolm...imma ċ-ċurkett taż-żaffir blu. Ta' tifla li kont, kont
ġieli nagħmel ħin twil inħares lejh. Kien isaħħarni. U meta mbagħad il-Prinċep William tgħarras
lil Kate Middleton, (li hija waħda mill-personalitajiet li nammira l-aktar
fil-preżent) iċ-ċurkett reġa' ħareġ fil-pubbliku.
Allura m’hemmx għalfejn ngħidilkom li, sa
minn ċkuniti xtaqt li xi darba jkolli ċurkett tal-għerusija simili. Il-ġawhra taċ-ċentru hija żaffir ovali
blu skur imdawra bi djamanti u ssettjati f'deheb abjad .
Mhuwiex dak iċ-ċurkett tal-għerusija tipiku bi djamant solitaire u dik hija
waħda mir-raġunijiet għaliex jgħoġobna ħafna.
Huwa ċurkett differenti u uniku - li jirrappreżenta ż-żewġ karattri
tagħna perfettament .
Nirringrazzja lil Diamonds International tal-għajnuna (u
l-paċenzja!) biex ħolquli dan
iċ-ċurkett hekk sabiħ, kif ukoll, nirringrazzja ħafna aktar, lil Alan, issa
l-għarus (m’għadux il-‘boyfriend’!) li qatagħli xewqti – “ninsab wisq ħerqana
li nsir martek!”
No comments:
Post a Comment